Ftit tal-ħin ilu bdiet il-maratona ta’ L-Istrina, il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Community Chest Fund, li hija waħda mit-tradizzjonijiet nazzjonali f’dan iż-żmien, eżattament l-għada tal-Milied.

Din hija s-26 edizzjoni ta’ L-Istrina. Is-sena l-oħra nġabru aktar minn 6.5 miljun ewro.

Il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha u tibqa’ għaddejja sa nofsillejl.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks