Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa ħabbar li minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Jannar, persuni li jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 li huma mlaqqmin bil-booster se jkunu obbligati li jagħmlu perjodu ta’ kwarantina ta’ għaxart ijiem minflok 14-il ġurnata. Madanakollu dan japplika biss għal dawk li fl-aħħar tlett ijiem ta’ kwarantina ma jkollhomx sintomi.

Ħabbar ukoll li persuni li kienu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva, u li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin validu jistgħu jtemmu l-kwarantina obbligatorja sebat ijiem wara l-aħħar kuntatt mal-persuna li tkun irriżultat pożittiva, wara li jagħmlu rapid test u jirriżulta fin-negattiv.

Il-Ministru Chris Fearne qal ukoll li minn nhar it-Tnejn ukoll, persuni li jkunu jgħixu fl-istess residenza ma’ persuni li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, m’għandhomx għalfejn jagħmlu kwarantina jekk ikunu ħadu l-booster ukoll.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks