Select Page

L-Iżrael tirrapporta l-ewwel każ tal-virus li qed jissejjaħ “flurona”, li huwa infezzjoni tal-Covid-19 u l-influwenza f’daqqa.

Din l-infezzjoni ġiet identifikata għall-ewwel darba f’mara li kien se jkollha tarbija, din il-ġimgħa fiċ-Ċentru Mediku ta’ Rabin f’Petach Tikva, f’Iżrael.

Skont l-isptar, il-mara, li mhix imlaqqma kontra l-ebda virus, tinsab f’kundizzjoni tajba u mistennija toħroġ mill-isptar aktar tard.

Il-Ministeru tas-Saħħa għadu qed jeżamina l-każ, li kien relattivament ħafif u għad irid jiddetermina jekk it-taħlita taż-żewġ viruses tikkawżax mard aktar sever.

L-uffiċjali tas-saħħa jistmaw li ħafna pazjenti oħra għandhom dawn iż-żewġ viruses iżda ma ġewx dijanjostikati.

Il-Professur Arnon Vizhnitser, speċjalista tal-ostetrija u l-ġinekoloġija u d-direttur tad-dipartiment tal-ġinekoloġija tal-isptar qal li s-sena li għaddiet ma kienx hemm każijiet ta’ influwenza fost nisa tqal jew li qed iwelldu, iżda llum qed jaraw każijiet kemm tal-Covid-19 kif ukoll ta’ influwenza.

Huwa qal li l-mara irriżultat pożittiva għaż-żewġ viruses anke wara li reġgħu ċċekkjaw.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks