Sibtek Speċjali fl-Ewwel tas-Sena ma’ Ryan u Josmar!
Bħal dejjem, se jkun hemm diversi personalitajiet fosthom Maria La Barokka, Natius Farrugia, Clara Farrugia u Phyllisienne Brincat.
Dawn kollha għandhom sorpriża ħelwa f’dan il-jum speċjali!
Din l-edizzjoni speċjali ta’ Sibtek se tixxandar għada s-Sibt, proprju fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem, eżatt waqt ħin l-ikel.
Se jingħaqdu fil-programm ukoll bħala sorpriża il-familjari tal-personalitajiet.
Programm mimli mużika lajv tal-Milied, allegrija u divertiment.
Il-mistednin ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Jekk tħobb issegwi Sibtek u tixtieq tibda s-sena fuq nota tajba, ma tistax titlef dan il-programm!
Ryan u Josmar jawguraw is-sena t-tajba lis-segwaċi kollha tagħhom.
