Għall-maġġoranza tan-nies, Jannar jissimbolizza bidu ġdid, opportunità biex tagħlaq il-kapitli tas-sena li għadha kemm għaddiet u tibda kapitlu ġdid. Għal oħrajn, huwa biss xahar bħall-oħrajn.

Bħal kull xahar ieħor, skoprejna xi fatti u kurżitajiet interessanti dwar l-oriġini ta’ dan ix-xahar, kif ukoll dwar xi ġrajjiet storiċi li seħħew proprju f’dan ix-xahar.

L-isem ta’ Jannar ġej mill-alla Ruman, Janus, li dejjem jidher b’żewġt irjus. Jingħad li huwa juża ras waħda biex iħares lura lejn is-sena ta’ qabel u r-ras l-oħra biex iħares ‘il quddiem lejn is-Sena l-Ġdida.

Jingħad li l-koppja għandhom it-tendenza li jisseparaw jew jiddivorzjaw aktar f’Jannar minn kull xahar ieħor tas-sena.

F’Pasadena, Kalifornja, kull sena mill-1890 issir Rose Parade. Mill-ewwel darba li saret ġiet imxandra madwar id-dinja u tipikament tidher f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja.

Jekk twelidt f’Jannar, il-birthstone tiegħek hija l-granata!

Fis-snin biżestili, Jannar dejjem jibda fl-istess jum ta’ April u Lulju.

Londra hija famuża għas-sistema estensiva tagħha tas-subway, li tissejjaħ “The Tube.” Dan jagħmel sens għaliex huma wkoll responsabbli għall-ftuħ tal-ewwel ferrovija operattiva taħt l-art fl-10 ta’ Jannar.

Xi ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu “Wulfmonath,” li ġie mill-Anglosassoni. Ir-Re Charlemagne kien isejjaħlu “Wintermanoth” li jfisser “xahar tax-xitwa/kesħa’.

Oriġinarjament il-kalendarju Ruman kellu biss 10 xhur u kien jeskludi Jannar u Frar.

Ir-Re Numa Pompilius, It-tieni sultan ta’ Ruma, kien li żied ix-xhur ta’ Jannar u Frar mal-kalendarju Ruman. Huwa għamel dan sabiex il-kalendarji jkunu ekwivalenti għal sena Lunar. U kellu biss 30 jum.

Fl-aħħar nett, Ġulju Ċesari żied żied il-31 jum max-xahar u għamel ix-xahar ta’ Jannar dak li hu llum.

Jannar huwa xahar monumentali għall-Alaska. Mit-3 ta’ Jannar tal-1959, l-Alaska saret uffiċjalment id-49 stat tal-Istati Uniti.

Ġeneralment, Jannar huwa l-aktar xahar kiesaħ tas-sena fl-emisferu tat-Tramuntana.

Ix-xahar ekwivalenti ta’ Jannar f’termini ta’ temperatura fl-emisferu tan-nofsinhar huwa Lulju.

B’referenza għall-kalendarji Ġiljani u Gregorjani, Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena u l-ewwel minn seba’ xhur li għandhom 31 jum.

Fir-Renju Unit, xi nies jipprattikaw “Dry January.” Dan huwa moviment li jħeġġeġ lin-nies jieqfu jixorbu l-alkoħol għal dan ix-xahar sabiex jinkoraġġixxu s-saħħa pubblika.

Id-dianthus caryophullus hija l-fjura sinonima max-xahar ta’ Jannar, aktar komunement magħrufa bħala l-qronfol.

Wieħed mill-avvenimenti l-aktar influwenti fl-Istati Uniti seħħ f’Jannar. Fl-1 ta’ Jannar tal-1892, fetħet Ellis Island, li ppermettiet l-immigrazzjoni ta’ aktar minn 20 miljun ruħ.

L-ewwel kolonja penali fl-Awstralja ġiet stabbilita f’Jannar tal-1788 mill-Ingliżi sabiex itaffu mill-iffullar li kien hemm fil-ħabsijiet.

L-ewwel Emmy Awards li qatt saru, saru proprju fil-25 ta’ Jannar tal-1949.

Jannar ġab ukoll it-tmiem tal-monarkija fil-Hawaii meta r-Reġina Liluokalani ġiet imġiegħla tabdika fl-24 tax-xahar.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks