Il-UĦM qed tagħti direttiva biex ġenituri li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal, jaħdmu mid-dar, jew jekk in-natura tax-xogħol tagħhom ma tippermettix, jingħataw dmirijiet alternattivi biex ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar.

Dan japplika għall-ġenituri li għandhom:

  • Tfal reġistrati f’Childcare Centres
  • Tfal reġistrati fi Klabb 3 to 16 u li għandhom 12-il sena jew inqas
  • Tfal ta’ 12-il sena jew inqas li se jsegwu tagħlim onlajn nhar il-Ħamis is-6 u l-Ġimgħa s-7 ta’ Jannar
  • Tfal b’diżabilità li huma dipendenti fuq il-ġenituri

Fi stqarrija l-UĦM qalet li din id-direttiva tibqa’ fis-seħħ sakemm ċentri/skejjel jibqgħu magħluqin, u ma tapplikax f’każ li wieħed mill-ġenituri jkun disponibbli li jieħu ħsieb it-tfal.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks