Select Page

Il-moviment kontroversjali River of Love, li huwa mmexxi minn Gordon Manché iddiżassoċja ruħu mis-suspettat tal-qtil li seħħ Tas-Sliema.

Dan wara li fuq il-midja soċjali beda jiċċirkola filmat miġbud lejlet l-Ewwel tas-Sena tas-suspettat ma’ membru tal-moviment River of Love, li ddeskrivieh bħala “ħuh”.

Il-vittma ta’ 29 sena ġiet imsawta u maqtula brutalment fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.

Mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru tal-mara rriżulta li ġiet stuprata u kellha wkoll marki li ġiet fgata mill-allegat qattiel tagħha.

Hija kienet qed tgħix f’Malta bħala studenta.

Is-suspettat ta’ 20 sena, ġie arrestat barra l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta, wara li kien daħal fil-knisja, tela’ fuq l-artal u qajjem kommossjoni.

Manché qal li s-suspettat ma kienx parti minn River of Love u qatt ma kien, u li m’għandhom x’jaqsmu miegħu bl-ebda mod.

Aktar kmieni llum ġie rrappurtat li l-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet minħabba li s-suspettat ittieħed l-isptar Mater Dei biex jiġi invistat mit-tobba fejn ġie riferut għall-isptar Monte Karmeli.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks