Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):
500g għaġin penne, mgħolli ‘al dente’
200g ġobon mascarpone
100g pancetta mqatta’ dadi
200g kapuljat taċ-ċanga
150ml inbid abjad
Basla kbira, imqatta’ rqiqa
Karrotta kbira, imqatta’ rqiqa
Zokk ta’ karfusa mqatta’ rqiq
Nofs kuċċarina noċemuskata
Mgħarfa butir
4 imgħaref tursin frisk imqatta’
200ml stokk tal-ħaxix
150ml Limoncello
Nofs qoxra ta’ lumija, maħkuka
Tazza krema friska
Metodu:
- Saħħan il-butir f’taġen fond.
- Kif jisħon il-butir żid il-basla, il-karrotta, iz-zokk tal-karfusa, u l-pancetta u aqlihom sakemm jirtabu u jieħdu kulur dehebi.
- Żid il-kapuljat, l-inbid, u l-istokk. Ħawwad u ħallih itektek mikxuf fuq nar baxx għal 30 minuta. Kultant tih taħwida.
- Imbagħad żid il-Limoncello, il-qoxra tal-lumija, u l-krema friska. Ħawwad, u ħallih itektek mikxuf għal 5 minuti.
- Issa neħħi t-taġen minn fuq in-nar u żid il-mascarpone, it-tursin, u n-noċemuskata.
- Ħawwad sew.
- Żid il-penne li tkun diġa għallejtu. Ħawwad sew sakemm l-għaġin ikun miksi sew biz-zalza.
- Erġa’ poġġi t-taġen fuq nar baxx u sajjar għal 3 minuti, waqt li tħawwdu kontinwament.
- Servi immedjatament.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi