Select Page

B’reazzjoni għal ħafna reazzjonijiet u kummenti dwar il-familja tas-suspettat tal-qtil ta’ Paulina Dembska, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Fr Aaron Zahra appella biex inkunu prudenti fi kliemna.

Huwa qal li wara l-vittma hemm familja mkissra u m’hemmx kliem biex issabbarhom, madanakollu huwa fakkar li wara l-aggressur hemm familja wkoll li jinsabu maħsudin bl-aħbar.

Żied jgħid li l-familja tas-suspettat hija familja sewwa bħal kull familja oħra u żgur li ħadd minnhom ma kellu kontroll fuq dak li ġara.

Saħaq ukoll li bħala soċjetà rridu nieħdu l-affarjiet mas-saħħa mentali aktar bis-serjetà.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks