Kumment bi kliem pjuttost aħrax u omofobiku ta’ Fr David Muscat qanqal reazzjonijiet ta’ rabja fost ħafna.
F’kumment tiegħu fuq Facebook dwar l-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska, il-qassis irrefera għall-omosesswalità u l-bisesswalità bħala diżordni. Qabbel ukoll l-orjentazzjonijiet sesswali flimkien ma’ kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali ma’ xi ħadd li skont hu jkollu l-pressjoni għolja, zokkor u kanċer f’daqqa.
Huwa saħansitra qal ukoll li l-omosesswalità hija agħar mill-possessjoni.

B’reazzjoni għal dan, l-MGRM qalet li bagħtet diversi imejls lill-Arċisqof dwar il-qassis iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Qalet ukoll li dan huwa l-livell ta’ hate speech li l-komunità tiffaċċja mingħajr konsegwenzi.
Ikkumenta
