Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, il-membru parlamentari Laburista Oliver Scicluna esprima l-ħsibijiet tiegħu kontra l-klijenteliżmu.

Huwa qal li minkejja li hu għadu ġdid fil-politika, hemm affarijiet li ilhom żmien twil jeżistu u li mhuwiex se jidra, fosthom il-fatt li individwi għadhom bil-mentalità li jistgħu jsarrfu l-vot f’xi pjaċir.

Oliver qal li hu personali jagħti l-għajnuna tiegħu lil min jemmen li jkun ħaqqu li jieħu xi ħaġa bid-dritt u mhux minħabba l-vot, saħansitra qal li jħossu offiż meta xi ħadd javviċinah b’din il-mentalità.

“In-nies li jivvutaw li rrid li jagħmlu dan minn qalbhom u għax jemmnu li nista’ nagħmel xi ħaġa ta’ ġid b’mod ġenerali u mhux biex inpartat vot ma’ pjaċir.”

Temm jgħid li din hija mentalità li trid tinqata’ u jridu jkunu l-politiċi stess li jieqfu jagħmluha darba għal dejjem.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks