Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Clifford Galea qal li bħala ċittadin u Chairperson tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ+ ħassu fid-dmir li ma jieqafx għall-kummenti dispreġġjattivi li saru u jsiru kontinwament minn Fr David Muscat.

Wara li għamel kuntatt mas-Santa Sede, Clifford ġie mitlub jikteb ittra lill-Papa.

Filwaqt li rrikonoxxa wkoll l-apoloġija tal-Arċisqof Charles Scicluna, Clifford qal li l-ittra nkitbet u ntbagħtet lill-Papa.

Dwar l-Arċisqof Charles Scicluna, Clifford qal li r-rispett tiegħu lejn persuni LGBTIQ qatt ma kien assenti u anke personali, stqarr li dejjem semgħu.

Clifford qal ukoll li minkejja li hu gay, huwa jħobb il-Knisja Kattolika u membru tagħha.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks