Select Page

Lyndsay għadha kif nidiet kanzunetta ġdida oħra bl-isem ta’ I Breathe for You, bi produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down u Will Taylor u b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music, flimkien ma’ vidjow mużikali.

Il-vidjow mużikali ġie prodott u dirett minn Malcolm Camilleri minn Technoir Media.

I Breathe for You hija waħda mill-kanzunetti tal-album ta’ Lyndsay Dopamine, u tittratta dwar l-imħabba u l-fenomenu marbut magħha, dak li tasal li tagħmel kollox għal min verament tħobb.

Fost ħafna proġetti, Lyndsay bħalissa qiegħda taspira biex taħdem fuq materjal oriġinali, u diġà kellha diversi kanzunetti fuq ir-radju lokali kif ukoll internazzjonali.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks