Ġie kkonfermat li l-pulizija qed tinterroga lil Fr David Muscat dwar il-kummenti omofobiċi li għamel ilbieraħ fuq il-midja soċjali.

Fr David Muscat qal li jekk l-allegat qattiel ta’ Paulina Dembska huwa omosesswali jew bisesswali huwa agħar milli kieku hu ppossedut mix-xitan.

Dalgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna talab maħfra lil kull min hu mweġġa’ b’dawn il-kummenti u dawk li jħossuhom ittraduti mill-Knisja minħabba dan l-aġir.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks