Fi stqarrija l-Kurja qalet li l‑Arċisqof Charles Scicluna ħareġ twissija formali lil Dun David Muscat, li fil‑Liġi Kanonika hi msejħa preċett penali, u tah struzzjonijiet biex fil‑fora pubbliċi ma jibqax jagħmel kummenti li jinsulentaw u jweġġgħu, inkella jitwaqqaf milli jeżerċita l‑ministeru saċerdotali fil‑pubbliku.

L‑Arċisqof qal lil Fr David Muscat biex ineħħi post fuq Facebook, fejn is‑saċerdot sostna li tkun gay huwa agħar milli tkun possedut, u biex ma jużax lingwaġġ insulenti jew li jweġġa’ kontra kwalunkwe grupp jew individwu.

Fakkar ukoll lil Dun David Muscat li skont it‑tagħlim Kattoliku membri tal‑kleru huma mitluba juru rispett, kompassjoni u sensittività lejn kull persuna f’kull qasam tal‑ħajja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks