Is-sala prinċipali tal-klabb ta’ Fgura United se tkun qed tissemma għal Dr Victor Calvagna.

Minbarra li f’Awwissu li għadda, Dr Calvagna inħatar bħala President Onorarju ta’ Fgura United, il-konnessjoni tiegħu mat-tim ta’ Fgura United tmur lura s-snin.

Dan għaliex meta kien żagħżugħ, huwa kien jilgħab mat-tim ta’ Fgura United, u r-raġuni li waqaf kienet biex ikun jista’ jiffoka fuq il-karriera medika tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks