Jitneħħew it-titli militari u l-patroċinji kollha tal-Prinċep Andrew, u mhux se jibqa’ jiġi indirizzat bħala “His Royal Highness”.


Fi stqarrija, Buckingham Palace qal li bl-approvazzjoni u l-qbil tar-Reġina, l-affiljazzjonijiet militari u l-patroċinji rjali tad-Duka ta’ York ġew ritornati lir-Reġina.

Ir-rwoli tal-Prinċep Andrew issa se jiġu mqassma mill-ġdid lil membri oħra tal-Familja Rjali u mhux se jiġu rritornati lid-Duka ta’ York.

Buckingham Palace qal ukoll li d-Duka ta’ York se jkompli jiddefendi l-każ bħala ċittadin privat.

Id-Duka ta’ York qed jiffaċċja kawża ċivili fl-Istati Uniti fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali. Huwa qed jiġi mfittex minn Virginia Giuffre, li qabel kienet magħrufa bħala Virginia Roberts, li qed issostni li kkommetta abbuż sesswali fuqha meta kienet adolexxenti.

Hija qed tallega li ġiet traffikata minn Jeffrey Epstein biex ikollha x’taqsam sesswalment mal-Prinċep Andrew meta kellha 17-il sena.

Il-Prinċep Andrew ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks