Aktar kmieni llum, mijiet ta’ nies inġabru l-Belt Valletta jipprotestaw partikolarment kontra l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19.
Minn għada s-17 ta’ Jannar, iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun obbligatorju biex wieħed jidħol f’dawn:
- Bars u nightclubs
- Ristoranti
- Każini
- Snackbars
- Ċinema
- Pools, spas u sawni
- Gyms u ċentri tal-fitness
- Bowling alleys
- Teatri
- Avvenimenti organizzati
- Casinos, swali tal-logħob u swali tat-tombla
Il-protesta kienet organizzata mill-Partit Popolari bis-sehem ta’ ABBA, Freedom Movement, Libertà, European United for Freedom, Parents United u The 20%.
Id-dimostranti mxew minn quddiem il-Parlament sa Pjazza San Ġorġ.
Fost bosta kelliema kien hemm il-Kap tal-Partit Popolari Paul Salomone, li qed jitlob ir-riżenja tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.
Ikkumenta
