“Roberta Metsola mhux talli mhijiex traditura imma talli bħala President tal-Parlament Ewropew se tkompli tfejjaq il-ħsara li saret minn min verament tradixxa lil pajjiżna” – Peppi Azzopardi

Dan kien dak li esprima Peppi Azzopardi permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, dwar Roberta Metsola li dalgħodu ġiet eletta bħala l-President tal-Parlament Ewropew.

Fil-post huwa qal li kieku Roberta Metsola qagħdet kwieta u ma ħaditx azzjoni fil-Parlament Ewropew quddiem il-korruzzjoni u l-qtil ta’ Daphne, kieku llum mhijiex il-President ta’ 450 miljun ċittadin fl-Ewropa.

Peppi qal li kieku Roberta, meta għajruha traditura jew li qed tagħmel ħsara lil pajjiżha ċediet u sikktet, kieku llum mhijiex qed tokkupa waħda mill-ogħla karigi fid-dinja.

Żied jgħid li r-raġuni li dan ma kienx iseħħ hija għaliex kieku ma tkellmitx hija kienet tidher kompliċi, fi kliem Peppi, ma’ Gvern korrott u mal-qattiela ta’ Daphne.

Huwa saħaq li 75 fil-mija tal-membri Parlamentari Ewropej ivvutawlha għax kienet iddiżassoċjat ruħha u f’isem il-poplu Malti għamlitha ċara li dawn l-oxxenitajiet saru minn klikka ta’ nies fil-poter u mhux mill-poplu Malti u Għawdxi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks