Select Page

F’intervista li saret fil-programm Topik li jixxandar fuq TVM, l-Imam Mohammed Elsadi qal li wieħed għandu jirreżisti l-ġibda lejn persuni tal-istess sess biex jimxi skont ir-rieda t’Alla.

Huwa qal li din il-ġibda ma tiġix mit-twelid jew b’mod naturali iżda tiġi influwenzata mill-ambjent u t-tagħlim tal-individwu.

Filwaqt li rrimarka li r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess huma pprojbiti f’kull reliġjon, huwa saħaq li ma jistax ikun li Alla joħloq b’dik il-ġibda u mbagħad jikkundannaha.

L-Imam qal li l-bniedem għandu jinkoraġġixxi lilu nnifsu u jipprova jimxi fit-triq it-tajba, it-triq t’Alla u mhux tax-xitan.

Meta mistoqsi mill-preżentatur tal-programm Topik, Quinton Scerri, dwar kif jipprova jiggwida lil xi ħadd li jmur għandu u jgħidlu li għandu ġibda lejn persuni tal-istess sess, l-Imam qal li jekk ikun qaddej t’Alla jrid jimxi skont it-tagħlim t’Alla u għandu jkun jaf li hija xi ħaġa pprojbita.

Għaldaqstant huwa qal li jekk jiġi ġuvni għandu li jkollu ġibda lejn persuna tal-istess sess, il-parir tiegħu jkun li jħeġġu biex jiżżewweġ mara.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks