Il-kunċerti ta’ Elton John fl-American Airlines Center f’Dallas ġew posposti wara li l-kantant irriżulta pożittiv għall-Covid-19, skont stqarrija mill-arena.
Fl-istqarrija ntqal li l-kunċerti bl-isem ta’ Farewell Yellow Brick Road f’Dallas li diġà kienu posposti qabel, ma kinux se jsiru fid-data skedati.
Intqal ukoll li Elton John huwa mlaqqam bil-booster b’kollox, u għandu sintomi ħfief. Għaldaqstant dawk li kienu se jattendu qed jiġu mitluba sabiex iżommu l-biljetti tagħhom għad-dati skedati mill-ġdid li se jitħabbru dalwaqt.
Il-kantant kien għadu kif għamel ir-ritorn tiegħu wara waqfa ta’ kważi sentejn minħabba l-pandemija.
Ikkumenta
