Bdejna t-tieni xahar tas-sena, ix-xahar ta’ Frar!
Minbarra li għalina huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar xhur kesħin, Frar huwa sinonimu partikolarment ma’ Jum San Valentinu, il-festa tal-imħabba!
Bħal kull xahar ieħor, hemm ħafna kurżitajiet dwar dan ix-xahar ta’ mħabba u romantiċiżmu.
Aħna skoprejna ftit minnhom, fosthom dwar ġrajjiet storiċi u kif sar l-iqsar xahar tas-sena!
Frar ivarja bejn 28 u 29 jum fis-sena. Id-29 jum iseħħ biss kull 4 snin matul is-snin biżestili.
It-tul ta’ Frar ġie meta Ġulju Ċesari għamel mill-ġdid il-kalendarju Ruman u assenja lix-xahar 28 jum u 29 jum. Fis-sena 713 Q.K., Frar ġie miżjud uffiċjalment mal-kalendarju Ruman.
Jekk twelidt fi Frar, il-birthstone tiegħek hija l-amethyst u l-fjura sinonima ma’ dan ix-xahar hija l-primula.
Maż-żmien, it-tul ta’ Frar baqa’ jinbidel. Għal ċertu żmien kellu saħansitra 23 jum.
Fl-emisferu tat-Tramuntana, Frar huwa t-tielet xahar tax-xitwa. Filwaqt li fl-emisferu tan-Nofsinhar, Frar huwa l-aħħar xahar tas-Sajf. Bejn l-emisferi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, Frar huwa l-ekwivalenti t’Awwissu.
L-isem ta’ Frar ġej mill-kelma Latina “februum” li tfisser purifikazzjoni.
Frar kien imsemmi wara ritwali ta’ purifikazzjoni li kien bħal festival tat-tindif tar-rebbiegħa tar-Rumani tal-qedem.
Is-Sassoni kienu jsejħu lil Frar “Sol-monath” li tfisser ix-xahar tal-kejk. Dan minħabba li kienu joffru l-kejkijiet lill-allat matul Frar.
Jannar u Frar kienu l-aħħar żewġ xhur miżjuda fil-kalendarju Ruman.
Mill-kliem kollu li tista’ tispelli ħażin, Frar huwa wieħed mill-aktar kliem li jiġu spelluti ħażin fil-lingwa Ingliża. Darba minnhom anke l-White House stampat ħażin il-kelma “February” fi stqarrija għall-istampa!
Frar ilu l-Black History Month għal aktar minn 40 sena.
Iċ-ċansijiet li wieħed jitwieled fid-29 ta’ Frar huma ta’ madwar 1 f’1,461.
Frar, Marzu u Novembru jibdew dejjem fl-istess jum tal-ġimgħa sakemm ma tkunx sena biżestili.
Kien fi Frar tal-1964 meta The Beatles għamlu l-ewwel dehra tagħhom fuq it-televiżjoni Amerikana fuq l-“Ed Sullivan Show“. Segwiti minn aktar minn 73 miljun Amerikan.
Sfortunatament, fl-1 ta’ Frar tal-2003, l-ispace shuttle “Columbia” tkisser waqt it-titjira, u qatel seba’ membri tal-ekwipaġġ. L-inċident kien maħsub li kien riżultat ta’ ħsarat li seħħew waqt il-lift-off. It-traġedja seħħet 16-il minuta biss qabel ma x-shuttle kien skedat li jinżel.
