Tħabbret il-mewt tal-attur Moses J. Moseley, li interpreta wieħed miż-zombies fis-sensiela The Walking Dead, fl-età ta’ 31 sena.
Il-maniġer tiegħu, Gail Tassell qalet li bħalissa qed tiġi investigata l-mewt ta’ Moseley wara li dan l-aħħar kien irrappurtat nieqes.
Wara tfittxija, instabet il-karozza tiegħu fiż-żona ta’ Hudson Bridge ta’ Stockbridge Georgia, fejn hemmhekk instab ukoll il-katavru tiegħu.
Moseley ħadem f’The Walking Dead bejn l-2012 u l-2015 bħala wieħed miż-zombies li segwa l-karattru ta’ Michonne, interpretat minn Danai Guria.
Huwa ħadem ukoll bħala attur f’The Hunger Games: Catching Fire, Queen of the South u Watchmen.
Ikkumenta
