Select Page

Stephanie Spiteri, Quinton Scerri, Ryan, Josmar u Ron Briffa se jkunu l-preżentaturi tal-Malta Eurovision Song Contest.

Wara tant stennija mill-pubbliku Malti u Għawdxi, il-Malta Eurovision Song Contest se jkun qed jirritorna bil-kbir, għaliex din is-sena se jkun qed jittella’ fuq tliet serati.

Mit-22 semifinalista se jintgħażlu 16-il finalist permezz ta’ ġurija flimkien mal-vot tal-pubbliku. Is-serata tas-semifinali se ssir nhar il-Ħamis is-17 ta’ Frar u se tkun ippreżentata mill-preżentaturi ċertament popolari mal-pubbliku, Stephanie Spiteri u Quinton Scerri.

Nhar il-Ġimgħa t-18 ta’ Frar, se tittella’ serata speċjali fejn fiha se jiġu mfakkra dawk kollha li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest fis-snin li għaddew. Din is-serata se tkun ippreżentata mill-preżentaturi tant maħbuba Ryan u Josmar.

Xi daħka jew tnejn ma tonqosx, kif wieħed jista’ jassumi la Ron Briffa se jkun ukoll qed jingħaqad mal-kumplament tal-preżentaturi.

Is-serata li fiha se tintgħażel il-kanzunetta rebbieħa se ssir nhar is-Sibt id-19 ta’ Frar.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks