Ingredjenti (għal żewġ klamari mdaqqsa):
Żewġ klamari sħaħ imnaddfa
Bott (400g) tadam imqatta’, jew cherry tomatoes imqaxxrin
200g Frott tal-baħar imħallat (mingħajr qoxra, frisk jew imdewweb jekk iffriżat)
Bajda
4 imgħaref Breadcrumbs
Żewġ imgħaref Tursin imqatta’ frisk
4 imgħaref mozzarella maħkuka
Żewġ imgħaref Parmiggiano maħkuk frisk
Kuċċarina chilli flakes
Żewġ imgħaref Inbid abjad
Żewġ sinniet tat-tewm, imqattgħin
4 imgħaref żejt taż-żebbuġa
Ftit weraq tal-ħabaq frisk
Melħ, għat-togħma
Metodu:
- Poġġi daqs għoli ta’ pulzier ilma f’taġen fond u poġġi fuq nar baxx, ħallih itektek u meta jisħon poġġi il-klamari sħaħ fl-ilma. Sajjarhom għal madwar 10 minuti fuq kull naħa. Neħħihom mill-ilma u ħallihom jiksħu.
- Neħħi l-ilma mit-taġen u erġa’ poġġih fuq nar medju.
- Żid żewġ imgħaref żejt u it-tewm. Ħallih isir sakemm it-tewm jismar ftit.
- Neħħi t-tewm mit-taġen, u żid il-frott tal-baħar flimkien ma’ niskata melħ.
- Ħallih isir għal madwar 10 minuti.
- Neħħi minn fuq in-nar u ħallih jibred.
- Fi skutella, żid il-frott tal-baħar imberred, il-bajda, il-frak tal-ħobż, it-tursin, il-parmiggiano, il-mozzarella, u t-tadam.
- Ħallat kollox sew flimkien u imla l-kalamari bil-mili.
- Agħlaqhom sew bi ftit toothpicks.
- F’taġen fond kbir, żid iż-żewġ imgħaref żejt taż-żebbuġa li fadal u ħallih jisħon fuq nar medju.
- Żid il-klamari u aqlihom min-naħat kollha għal madwar 10 minuti sakemm ikunu ħadu kulur dehbi
- Issa baxxi n-nar u żid l-inbid, ħallih itektek għal żewġ minuti.
- Żid iċ-chilli flakes u ftit weraq tal-ħabaq u ħallih jagħli.
- Naqqas in-nar għal baxx, għatti parzjalment it-taġen b’għatu u ħallih itektek għal madwar kwarta.
- Servi ma’ kontorni tal-għażla tiegħek.

L-ikla t-tajba!
Din ir-riċetta ġiet imwassla lilkom minni u minn Vince Busuttil.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi