Select Page

Il-kumpanija Meta wissiet li Facebook u Instagram jistgħu jingħalqu u ma jibqgħux aċċessibbli fl-Ewropa minħabba kwistjoni relatata ma’ trasferiment tad-dejta.

Din il-kwistjoni qamet minħabba regolamenti tad-dejta Ewropej li jipprevjenu lil Meta, il-kumpanija li qabel kienet magħrufa bħala Facebook, milli tittrasferixxi, iżżomm u tipproċessa d-dejta tal-Ewropej fuq servers ibbażati fl-Istati Uniti.

Fir-rapport tagħha, il-kumpanija Meta wissiet li jekk ma jiġix adottat qafas ġdid u l-kumpanija ma tkunx tista’ tibqa’ tuża l-mudell attwali ta’ ftehimiet, ikollha tagħlaq Facebook u Instagram għall-Ewropa.

Il-kumpanija ddikjarat li l-ipproċessar tad-dejta tal-utent bejn il-pajjiżi huwa kruċjali għall-mira tan-negozju tar-reklami.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks