Select Page

Wara li lbieraħ il-Ministru għall-Kultura José Herrera ħabbar li ntlaħaq ftehim biex l-istatwa ta’ San Pawl tinħareġ mill-knisja, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u l-Għaqda Pawlini tal-Belt Valletta ħabbru li għada l-Ħamis, l-10 ta’ Frar, se ssir attività bil-vara ta’ San Pawl fi Triq San Pawl, fis-7 ta’ filgħaxija.

Il-vara ta’ San Pawl se tkun qed tinġarr fit-triq tal-knisja, milqugħa mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette, li se tagħti kunċert ta’ innijiet u marċi Pawlini tal-okkażjoni.

L-attività se tkun organizzata skont il-protokoll maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa għaldaqstant dawk li se jattendu se jkunu mitluba li jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqim, jilbsu l-maskra u joqogħdu bilqiegħda.

Fi stqarrija, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl u l-Għaqda tal-Pawlini rringrazzjaw lill-Arċisqof u l-awtoritajiet talli laħqu ftehim.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks