Little Moods hija produzzjoni teatrali interattiva fejn l-udjenza, bl-għajnuna tal-kast se tkun qed tiġi esposta għal erba’ emozzjonijiet prinċipali; l-eċitament, ir-rilassament, id-dwejjeq/biża’ u fuq kollox il-ferħ.
L-istorja ddur ma’ tifla ċkejkna, Georgie li l-innoċenza tagħha se tkun il-protagonista ta’ din l-istorja. Georgie hija tifla ta’ ftit kliem, però jpattu għaliha nsibu żewġ karattri oħra, Ryan u Martina li se jkunu qed jimxu il-perkors tal-istorja mal-protagonista tagħna. Din il-ħbiberija sinċiera, l-interazzjoni mal-udjenza, flimkien ma’ effetti viżwali u awdjoviżivi se jiggarantixxu esperjenza sabiħa li l-udjenza tagħna se jibqgħu jiftakru.
L-atturi li se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-produzzjoni huma Maria Galea, Martina Galea Loffreda u Ryan Mark DeBattista.

Little Moods, bi produzzjoni ta’ Ryan Galea b’kollaborazzjoni ma’ Joseph Galea se tkun qed tittella’ fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa l-11, is-Sibt it-12 u l-Ħadd it-13 ta’ Frar.
Tista’ tibbukkja l-biljetti tiegħek minn hawn.
