Raġel Ingliż, ta’ 40 sena, ġie arrestat wara li mara allegat li stupraha waqt titjira lejn l-ajruport ta’ Heathrow, Londra.

Il-mara ta’ 40 sena, li hu mifhum li hija wkoll Ingliża, qalet li ġiet abbużata waqt li kulħadd kien rieqed.

Iż-żewġ persuni jidher li ma kinux jafu lil xulxin iżda dehru jitkellmu u jixorbu flimkien waqt it-titjira.

Minkejja li r-raġel ġie arrestat mal-wasla tagħhom, huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm tkompli għaddejja l-investigazzjoni filwaqt li l-mara qed tingħata sapport minn professjonisti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks