Il-Papa Franġisku mistenni li jżur Malta nhar is-Sibt it-2 u l-Ħadd it-3 ta’ April.

Dan ġie kkonfermat min-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Alessandro D’Errico lejn tmiem il-pontifikal fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li tmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Wara li laqa’ l-istedina tal-President, l-awtoritajiet ċivili u l-Knisja Kattolika, waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, il-Papa Franġisku se jkun qed iżur il-Belt Valletta, ir-Rabat, il-Furjana, Ħal Far u Għawdex.

Il-programm u dettalji oħra dwar il-vjaġġ appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks