Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Harry Zammit Cordina, li ħalla din id-dinja nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar fl-età ta’ 87 sena.

Harry Zammit Cordina, ir-raġel tal-preżentatriċi u attriċi Josephine Zammit Cordina, għamel bosta snin jokkupa l-kariga ta’ segretarju tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir kif ukoll kien imexxi l-istazzjon Channel 12.
Huwa serva wkoll bħala direttur tal-programmi tal-Awtorità tax-Xandir.
Harry ħadem ħafna wkoll fil-Ħamrun, li tant kien iħobb, fejn fost oħrajn hemmhekk kien ukoll President tal-Għaqda Mużikali ta’ San Ġużepp.

Waqt il-funeral, is-saċerdot tkellem dwar l-imħabba kbira li Harry kellu lejn Alla u lejn il-familja tiegħu, fosthom martu Josephine, li dejjem issapportjaha f’dak kollu li kienet tagħmel.
Huwa ddeskriva lil Harry mhux biss bħala nisrani tajjeb, iżda ċittadin tajjeb li qeda dmiru b’responsabbilta’ u fedeltà f’kull kariga li kellu.
Is-saċerdot iddeskriva lil Harry bħala strument ta’ għaqda, ferrieħi u ċajtier, ħabib sinċier u dejjem lest li jgħin. Huwa żied jgħid li l-ġenna rebħet ġentlom.
Tista’ ssegwi l-funeral permezz tal-link t’hawn taħt:
F’isem skoperta.net insellmu l-memorja ta’ Harry Zammit Cordina u nagħtu l-kondoljanzi lill-familja Zamilja Cordina u dawk kollha qrib tagħhom.
