Il-preżentaturi radjofoniċi Daniel Testa u Ylenia Spiteri, il-kantanti Christian Arding, Laura Bruno u Ivan Spiteri Lucas kif ukoll il-kantawtur Irlandiż Jimmy Tyrell flimkien ma’ żeffiena minn Paul Curmi Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li jixxandar fuq Net TV kull nhar ta’ Sibt fit-20.30 b’edizzjoni speċjali jumejn biss ‘il bogħod minn Jum San Valentinu.

Bi preżentazzjoni ta’ Corazón Mizzi din il-ġimgħa The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Minbarra l-mużika, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikompli l-logħob bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq fomm it-telespettatri.

Din il-ġimgħa titkompla l-ewwel fażi tas-seba’ edizzjoni ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili minn Josette Sciberras.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks