Ingredjenti (għal 4 porzjonijiet):

Bott (400ml) ħalib tal-ġewz tal-indi

Mazz żgħir kosbor frisk

6 sinniet tewm kbir

Biċċa żgħira ġinġer frisk, imqatta’ f’erba’ biċċiet

Żewġ chilli mill-aħdar

Żewġt imgħaref żejt veġetali

8 koxox jew drumsticks tat-tiġieġ bla ġilda

Basla waħda medja, imqatta’ rqiqa

Tliet imsiemer tal-qronfol

Kwart ta’ stikka tal-kannella

Żewġ kuċċarini trab tal-kemmun

Żewġ kuċċarini trab tal-kosbor

Żewġ kuċċarini garam masala

Kuċċarina pejst tat-tamarind, jew nofs kuċċarina zokkor ismar imħallat ma’ nofs kuċċarina ħall

Metodu:

  • Ħawwad flimkien il-ħalib tal-ġewż tal-indi u l-kosbor il-frisk (weraq u zkuk) f’mixer ta’ l-ikel. Imbagħad neħħihom minn ġol magna u warrabhom.
  • Imsaħ malajr il-magna u żid it-tewm, il-ġinġer u l-bżar, imbagħad ħawwadhom flimkien billi żżid ilma ftit ftit, biżżejjed biex tagħmel pejst.
  • Saħħan iż-żejt ġo taġen kbir li ma jwaħħalx.
  • Aqli l-biċċiet tat-tiġieġ sew għal 5 minuti minn kull naħa sakemm jieħdu kulur dehebi. Imbagħad neħħihom mit-taġen u warrabhom f’post sħun.
  • Fl-istess taġen żid il-basla, il-qronfol u l-kannella u aqli sakemm jieħdu kulur ħafif.
  • Żid il-pejst taċ-chilli fit-taġen, imbagħad sajjar sakemm il-biċċa l-kbira tal-likwidu jkun evapora.
  • Issa erġa’ poġġi t-tiġieġ fit-taġen.
  • Żid il-ħwawar tat-trab, jigifieri l-kemmun, il-kosbor, u l-garam masala.
  • Żid ukoll il-pejst tal-ħalib u l-kosbor. Ħawwad kollox sew.
  • Ħallih sakemm jibda jagħli. Baxxi n-nar u għatti t-taġen, u ħallih itektek għal 40 minuta.
  • Neħħi l-għatu f’nofs it-tisjir sabiex iz-zalza tkun tista’ tagħqad ftit.
  • Wara 40 minuta iċċekkja li t-tiġieġ ikun imsajjar sew.
  • Żid il-pejst tat-tamarind, ħawwad, u ħallih itektek għal żewġ minuti.
  • Servi ma’ ħobż tat-tip Naan jew ma’ ross.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibagħtilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks