Sibtek jirritorna b’aktar personalitajiet!
Sue Rossi, Ivan Gaffiero, Soraya Queen u l-attur Clayton Pace huma l-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem.
Waqt din l-edizzjoni Sue Rossi se jkollha prank call li ma tantx kienet tad-daħk. Tgħid kif se teħodha Sue?!
Ivan Gaffiero se jġedded il-memorji ta’ avvenimenti speċjali minn ħajtu… imma kif? X’se jagħmlulu?!
Clayton Pace se jiltaqa’ mal-attriċi Ines Farrugia li jħobb immens.
Soraya Queen se jkollha blind date u din il-blind date tinkludi parrokka partikolari… imma ma’ min?!
Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.
Ma tonqosx ukoll il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.
Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!
