Select Page

Fost in-nostalġija u l-emozzjonijiet li qanqlet it-tieni serata tal-Malta Eurovision Song Contest, ċertament li spikka l-mument emozzjonali fejn ingħatat tislima xierqa lil Chris Scicluna, li tħabbret il-mewt tiegħu proprju l-Ġimgħa filgħodu.

Ċertament kien mument li qabbeż demgħa lil kull min kien qed isegwi s-serata, inkluż lill-preżentaturi Ryan u Josmar, li dehru emozzjonati ħafna.

It-tislima xierqa lil Chris ingħatat b’filmat li rrekordja hu stess flimkien ma’ martu Moira għal din is-serata, proprju ftit jiem ilu.

Fil-filmat, Chris u Moira wasslu l-awguri tagħhom għas-serata.

Chris u Moira rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Eurovision Song Contest fl-1994 bil-kanzunetta More Than Love.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks