Waqt it-tieni serata tal-Malta Eurovision Song Contest fejn ġew imfakkra rappreżentanti Maltin tal-Eurovision Song Contest fis-snin li għaddew, spikka wkoll il-mument meta ftit wara li l-kantanta Janice Mangion bdiet tkanta l-kanzunetta Little Child, ħarġet fuq il-palk, Mary Spiteri.

Mary Spiteri rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1992, bil-kanzunetta Little Child, fejn kienet ikklassifikat fit-tielet post.

L-interpretazzjoni tal-kanzunetta Little Child, li tibqa’ dejjem imfakkra bħala waħda mill-aktar parteċipazzjoni ta’ suċċess u saħansitra konna tant viċin l-ewwel post, waqt is-serata tal-bieraħ, wasslet lil Mary Spiteri biex tingħata standing ovation mill-udjenza preżenti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks