Ftit tal-ħin ilu ntemmet it-tieni serata tal-Malta Eurovision Song Contest fejn ġew magħrufa l-kontestanti li se jkunu qed jipparteċipaw fis-serata finali tas-Sibt id-19 ta’ Frar.
Il-finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest huma Enya Magri, Sarah Bonnici, Matt Blxck, Denise Mercieca, Norbert Bondin, Raquel Galdes Briffa, Mark Anthony Bartolo, Baklava ft. Nicole, Aidan, Janice Mangion, Nicole Hammett, Nicole Azzopardi, Richard Edwards, Giada, Emma Muscat u Miriana Conte.
Ġew eliminati Rachel Lowell, Malcolm Pisani, Francesca Sciberras, Derrick Schembru, Jessika u Jessica Grech. Madanakollu, il-pubbliku jista’ jgħin lil wieħed minn dawn il-parteċipanti jkompli l-vjaġġ tiegħu fil-festival, permezz tat-televoting li se jibqa’ miftuħ s’għada.
Bi preżentazzjoni ta’ Ryan, Josmar u Ron, is-serata tal-lejla kienet iddedikata għar-rappreżentazzjonijiet kollha tal-Eurovision fis-snin li għaddew. Serata ta’ nostalġija u mimlija emozzjoni.
