Select Page

Bħal kull sena, wara kull edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest, joħorġu ħafna reazzjonijiet differenti kemm dwar il-produzzjoni tal-festival kif ukoll dwar ir-riżultat.

Naturalment f’dawn l-aħħar snin, kif isir fuq kollox, bosta jesprimu ruħhom fuq il-midja soċjali. Kulħadd jgħid tiegħu, skont lil min ikun qed jappoġġja u kif jaraha mill-perspettiva tiegħu.

Fost l-opinjoni ta’ dawk li ta’ kull sena kemm ilu jsir il-Malta Eurovision Song Contest, jgħidu li ma jogħġobhomx il-festival u saħansitra jsostnu li huwa ħela ta’ ħin u flus, iżda jsegwuh xorta, din is-sena kien hemm kummenti pjuttost negattivi anke minn min iħobb il-festival.

Uħud esprimew d-diżappunt tagħhom għaliex fl-opinjoni tagħhom, il-livell mużikali ta’ din is-sena kien ħafna inqas mis-snin li għaddew. Oħrajn ilmentaw li r-riżultat kien prevedibbli u li l-għażla tal-ġurija ma kinitx ġusta.

Minbarra l-għażla tal-ħwejjeġ tal-kantanti, il-preżentaturi wkoll kienu fil-mira ta’ kummenti negattivi. Uħud ikkritikaw il-preżentazzjoni tal-ewwel serata. It-tieni serata jidher li kienet l-aktar waħda li ntgħoġbot mill-pubbliku.

Qamet ukoll kontroversja, inkluż minn kantanti magħrufa sew fix-xena mużikali li qed isostnu li waħda mill-kanzunetti hija kkuppjata.

Jidher li l-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, minkejja li kien tant mistenni, kien fost l-aktar festivals li ġew ikkritikati minn kemm ilu jsir.

Erġa’ segwi l-prestazzjonijiet kollha tal-finali tal-Malta Eurovision Song Contest:

Int x’deherlek mir-ritorn tal-Malta Eurovision?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks