Select Page

Il-membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fis-26 ta’ Marzu.

Dan ħabbru aktar kmieni llum waqt attività politika li saret il-Belt Valletta. Huwa qal li ħa din id-deċiżjoni biex jagħmel spazju għal kandidati ġodda.

Madanakollu, huwa saħaq li se jkompli jaħdem favur il-Partit Nazzjonalista u jippromwovi l-programm elettorali tal-partit.

B’reazzjoni għal dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil Claudio u qal li se jkun qiegħed ikompli jafdalu l-ħidma tal-programm elettorali bħala delegat speċjali tiegħu biex jitwassal u jiġi diskuss man-nies.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks