Buckingham Palace qal li r-Reġina kkanċellat l-impenji virtwali li kellha ppjanati hekk kif għadha qed tirkupra minn sintomi ħfief tal-Covid-19.
Nhar il-Ħadd, Buckingham Palace ikkonferma li r-Reġina rriżultat pożittiva għall-Covid-19 u kienet qed tippjana li tkompli twettaq dmirijiet ħfief fil-Kastell ta’ Windsor.
Kelliem qal li peress li r-Reġina għadha qed tesperjenza sintomi ħfief tal-Covid-19, hija ddeċidiet li ma twettaqx l-impenji virtwali li kellha ppjanati għal-lum, iżda se tkompli bi dmirijiet ħfief.
Dwar impenji matul il-ġranet li ġejjin, tittieħed deċiżjoni fil-mument.
Ikkumenta
