Il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Robert Abela kkonferma li f’din il-kampanja elettorali se jkun qed jipparteċipa f’dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-Università ta’ Malta, fost oħrajn waqt il-kampanja elettorali.
L-aħħar dibattitu lajv li sar bejn il-mexxejja politiċi kien f’Mejju tal-2017 bejn l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fuq il-programm Xarabank.
F’din l-elezzjoni ġenerali, Robert Abela u Bernard Grech se jkunu qed jikkontestaw kontra xulxin fuq l-istess distrett, il-ħames distrett.
Minkejja li ż-żewġ partiti bdew bl-attivitajiet politiċi fejn qed jippreżentaw il-proposti tagħhom, iż-żewġ mexxejja s’issa għad ma kienx hemm dibattitu bejniethom.
