Select Page

Żewġ ċittadini Ukreni, Yaryna Arieva u Sviatoslav Tursin iżżewġu ftit sigħat biss wara li r-Russa bdiet l-invażjoni tagħha f’pajjiżhom.

Huma qattgħu l-ewwel jum tagħhom bħala koppja miżżewġa jiġbru l-armi tagħhom u jħejju ruħhom biex jiddefendu lil pajjiżhom.

Huma kienu ppjanati li jiżżewġu f’Mejju iżda minħabba l-inċertezzi li qed jiffaċċjaw bħalissa għall-futur tagħhom iddeċidew li jiżżewġu proprju lbieraħ.

It-tnejn li huma ngħaqdu mal-Forzi tad-Diviża Territorjali, fergħa tal-Forzi armati tal-Ukrajna li hija magħmula l-aktar minn voluntiera.

Arieva qalet li qed jagħmlu dak kollu li jistgħu, u tispera li s-sitwazzjoni titranġa għall-aħjar, filwaqt li żiedet tgħid li persuni li mhumiex parti mill-firxa tad-Diviża

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks