L-EBU tħabbar li r-Russja mhix se titħalla tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.

Fi stqarrija l-EBU qalet li l-bord ħa d-deċiżjoni bbażata fuq ir-regoli tal-avveniment u l-valuri tal-EBU. Id-deċiżjoni kienet appoġġjata wkoll mill-Kumitat tat-Televiżjoni tal-EBU.

Id-deċiżjoni tirrifletti t-tħassib li fid-dawl tal-kriżi bla preċedent fl-Ukrajna, il-parteċipazzjoni tar-Russja fil-konkors ta’ din is-sena ġġib il-kompetizzjoni f’diżreputazzjoni.

L-organizzaturi llbieraħ qalu li l-pajjiż se jitħalla jieħu sehem iżda ffaċċjaw kritika qawwija minn xandara statali f’pajjiżi fosthom l-Iżlanda, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Olanda.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks