Sibtek jirritorna b’aktar personalitajiet!

Angie Laus, Fabian Demicoli, l-attur Aiken Buhagiar u l-avventuruża Evelyn Camilleri li daret id-dinja waħedha. Dawn huma il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar waqt l-edizzjoni li jmiss ta’ Sibtek li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq TVM mill-12.15 ‘l quddiem.

Waqt din l-edizzjoni Angie se jkollha blind date ma’ tfajla speċjali. Tgħid ma’ min?!

L-attur Aiken Buhagiar għandu ħolma li se ssir realtà … imma kif?! X’se jagħmlulu?!


Fabian Demicoli se jiltaqa’ mal-mara ta’ ħajtu.

Evelyn se jkollha tiltaqa’ ma’ raġel li se jgħallimha xi ħaġa li dejjem xtaqet tagħmel… imma min u xiex?!

Il-mistiedna ta’ Ryan u Josmar se jgħaddu minn bosta sfidi divertenti u sorpriżi li żgur ħadd mhu se jistenna.

Ma tonqosx il-mużika lajv flimkien ma’ Christian Arding.

Jekk tħobb issegwi Sibtek, dan huwa programm ieħor li ma tistax titlef!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks