Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Malta se tkun qed tassisti lill-Ukrajna bi provvisti mediċi.
Huwa qal li kien lejl ta’ diskussjonijiet dwar it-tensjoni fl-Ukrajna, inkluż bis-sehem tal-President Zelensky.
Qal ukoll li kien hemm qbil bejn il-mexxejja Ewropej fuq sanzjonijiet immirati lejn setturi ekonomiċi partikolari u minkejja x-xokk għal dak li qed iseħħ, is-sentiment komuni jibqa’ x-xewqa għall-paċi u l-waqfien mill-ġlied.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li d-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew se jkomplu.
B’rabta mas-sitwazzjoni tal-Ukrajna, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, fi stqarrija ħabbar li se jkun qed jibgħat assistenza umanitarja lill-poplu Ukren permezz tal-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili.
