Folla ta’ nies, Maltin u Ukreni nġabru quddiem l-Ambaxxata Russa fil-Kappara jipprotestaw kontra l-invażjoni militari fl-Ukrajna.

Dan wara li fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu, il-President Russu Vladimir Putin ordna invażjoni fl-Ukrajna.

Il-protesta ġiet organizzata minn diversi entitajiet inklużi r-Repubblika, il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, SOS Malta, OASI Foundation, PEN Malta, Prisma Malta u Anti-Poverty Forum Malta, b’solidarjetà mal-poplu Ukren.

Id-dimostranti kellhom xemgħat u kartelluni li jikkundannaw lil Putin, u jgħajtu “hands off Ukraine”

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks