Hekk kif l-invażjoni Russa fl-Ukrajna issa mxiet b’mod aktar intensiv lejn il-kapital tar-Russja, Kyiv, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy rrifjuta li jiġi evakwat u saħaq li se jibqa’ u se jkun qed jiġġieled għal pajjiżu.

Hekk kif faqqa’ l-ġlied fit-toroq ta’ Kyiv, ir-residenti ġew imħeġġa biex isibu fejn jistkennu u jipproteġu lilhom infushom.

F’filmat irrekordjat, huwa qal li ma kienx telaq mill-pajjiż u li l-allegazzjonijiet li l-militar Ukren se jċedi l-armi huma foloz.

“M’aħniex se nċedu l-armi. Se nipproteġu lill-pajjiż. L-arma tagħna hija l-verità tagħna, u l-verità tagħna hija li din hija artna, pajjiżna, uliedna. U se niddefendu dan kollu.”

L-attakki fit-toroq ta’ Kyiv irriżultaw fi ħsara kbira f’diversi pontijiet, skejjel u bini ta’ appartamenti, kif ukoll mijiet ta’ vittmi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks