L-uffiċju tal-President Volodymyr Zelensky Ikkonfermat li d-delegazzjoni Ukrena se tiltaqa’ mad-delegazzjoni Russa mingħajr prekundizzjonijiet fuq il-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Belarus.

L-aġenziji tal-aħbarijiet tal-istat Russi rrappurtaw ukoll li assistent presidenzjali Russu qal li l-Ukrajna kkonfermat li se tiltaqa’ ma’ delegazzjoni mill-Federazzjoni Russa.

Dan wara li l-President Vladimir Putin ordna li l-forzi ta’ deterrenza ta’ pajjiżu, li jinkludu l-armi nukleari, jitpoġġew fuq allert għoli.

Huwa qal li qed jieħu din id-deċiżjoni wara li l-ogħla uffiċjali ewlenin tan-NATO ikkummentaw b’mod aggressiv dwar ir-Russja. Żied jgħid ukoll li s-sanzjonijiet li saru fuq ir-Russja kienu illegali.

Il-laqgħa bejn iż-żewġ naħat mistennija ssir għada.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks