Select Page

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy iffirma talba formali biex pajjiżu jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Hekk kif il-ġlied mat-truppi Russi madwar il-pajjiż kompla jiħrax, Zelensky talab lill-Unjoni Ewropea biex is-sħubija ssir b’effett immedjat permezz ta’ proċedura speċjali u ma tgħaddix mill-proċeduri li normalment jgħaddu minnhom pajjiżi oħra.

Għadu mhux ċar kif tkun proċedura speċjali bħal din, u jekk il-mexxejja Ewropej jaqblux magħha. Id-deċiżjoni li jiżdiedu pajjiżi ġodda fl-UE hija f’pajjiżi membri stabbiliti, li mhux dejjem jaqblu mal-fehmiet tal-Kummissjoni.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel qal li hemm opinjonijiet differenti fost il-pajjiżi membri lidwar il-kwistjoni.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks