Hekk kif illum it-truppi Russi għaddejjin bl-attakki tagħhom fit-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna, Kharkiv, filmati li ħarġu fuq il-midja soċjali juru missila tolqot Opera House, sala tal-kunċert u uffiċċji tal-gvern fi Freedom Square, fiċ-ċentru ta’ Kharkiv.
Skont l-awtoritajiet lokali, mill-inqas 10 persuni nqatlu u 35 oħra ndarbu.
L-attakk seħħ hekk kif il-President tal-Ukrajna qal li r-Russja kienet qed twettaq reati tal-gwerra.
Freedom Square hija t-tieni l-akbar pjazza taċ-ċentru ta’ belt fl-Ewropa.
Ritratti minn satellita juru numru kbir ta’ suldati Russi resqin lejn Kyiv.
Ikkumenta
